Merħba fil-YOUTH ECO HUB

Din il-pjattaforma nħolqot fil-qafas tal-proġett iffinanzjat Ewropew YOUTH ECO sabiex tipprovdi spazju komuni għall-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet fis-settur ekoloġiku, għall-ħaddiema żgħażagħ u għaż-żgħażagħ li jixtiequ jiżviluppaw il-ħiliet ekoloġiċi u ambjentali tagħhom u jsibu opportunitajiet biex jidħlu fis-suq tax-xogħol f’setturi ekoloġiċi u li favur l-ambjent.

F’dan il-HUB

Kumpaniji u organizzazzjonijiet fis-settur ekoloġiku jistgħu jirreġistraw u jesprimu l-interess tagħhom li jsibu persunal, apprendisti u prattikanti kif ukoll voluntiera biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom.

Il-Youth workers se jsibu kors online biex itejbu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom dwar kwistjonijiet relatati mas-setturi ekoloġiċi tal-iżvilupp u x-xogħol. Permezz tar-reġistrazzjoni u l-attendenza għall-kors online, il-youth workers se jkunu jistgħu jassistu u jiggwidaw liż-żgħażagħ li jaħdmu magħhom fis-setturi ekoloġiċi u favur l-ambjent.

Iż-żgħażagħ se jsibu sett ta’ għodod utli ta’ kwizzijiet, vidjows, infografika, podcasts u attivitajiet online biex jiżviluppaw il-ħiliet u l-għarfien ekoloġiku u ambjentali tagħhom bl-użu ta’ għodod online u midja soċjali u jtejbu l-impjegabbiltà tagħhom.