Provvista tal-Enerġija

Attività fil-beraħ 2

Iddisinja l-proġett tiegħek għall-enerġija komunitarja

Uża din il-powerpoint, agħżel videos u informazzjoni li huma utli sabiex tintroduċi t-tema tal-enerġija rinnovabbli

C:\Users\schools_home\Nextcloud\2022 – Climate Early\Teacher Training\Renewable Energy.pptx

Aqbad diskussjoni maż-żgħażagħ permezz tal-mistoqsijiet fil-powerpoint.

Aqsam fi gruppi u ggwidahom biex joħorġu bi proġett ta’ enerġija komunitarja tagħhom stess.

Etajiet

15 – adulti

Numru ta’ parteċipanti

Gruppi ta’ 4/5

Post

Ġewwa għall-preżentazzjoni u l-ispjega; Barra għad-disinn

Ħin

Spjega: 45 minuta

Disinn: 90minuta

Riżorsi

Laptop, Internet u Screen biex taraw il-powerpoint.

Kartonċin u markers

Istruzzjonijiet

  1. Wara li tkun qsamthom fi gruppi, saqsi lil kull grupp biex isib lokalità specifika ghall-proġett tagħhom u jaħsbu dwar liema sors ta’ enerġija li tiġġedded tkun l-iktar vijabbli għal dak l-inħawi.
  2. Iddisinja poster għall-komunita biex tinfurmahom dwar l-enerġija rinnovabbli
  3. Spjega kif tirreklamah u għaliex in-nies għandhom ikunu interessati jinvestu fi proġett bħal dan.

Spjega

L-enerġija rinnovabbli komunitarja hija t-tweġiba għall-kwistjoni tal-kriżi klimatika. Wasal iż-żmien li l-produzzjoni tal-enerġija tittieħed mill-kumpnaiji tal-fjwuils fossili u tingħata lill-pubbliku.