Agrikoltura soċjali

Attività fil-beraħ 1

Oħloq il-ġnien komunitarju tiegħek stess: Riċerka

Il-ġonna komunitarji jistgħu jimmitigaw xi wħud mill-problemi li jaħkmu ż-żoni urbani. Jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal ħafna komunitajiet billi jżidu d-disponibbiltà ta’ ikel nutrittiv, isaħħu r-rabtiet komunitarji, inaqqsu l-perikli ambjentali, inaqqsu l-kilometraġġ tal-ikel, u joħolqu sistema aktar sostenibbli. Ejjew nibdew naħdmu biex noħolqu l-ġnien tal-komunità tiegħek stess!

Etajiet

kollha

Numru ta’ Parteċipanti

10-20, jaħdmu fi gruppi

Post

Ġewwa għad-diskussjoni, barra għat-tfittxija

Ħin

45 min- sagħtejn

Materials Needed

Pinna u notebook għall-kitba t’ideat; kartonċin kbir għax-xogħol tal-grupp

Instructions

Ara l-filmat dwar il-ġonna komunitarji għall-ispirazzjoni.

Iddiskuti fi gruppi għaliex il-ġonna tal-komunità huma importanti u min jibbenefika minnhom.

Bl-għajnuna tal-youth worker tiegħek oħroġ b’lista tal-awtoritajiet possibbli li jeħtieġ li jiġu mitkellma sabiex tittieħed biċċa art li ma tintużax u tinbidel fi ġnien komunitarju.

Pinġi tabella bl-idea tiegħek, oħroġ bi slogan u tpinġija tal-ġnien tal-komunità tiegħek.

Explanation

Ladarba l-idea tiġi mitkellma, mur mixja mal-grupp tiegħek fiż-żona lokali tiegħek biex timmarka biċċiet possibbli t’art abbandunata u mhux użata. Tkellem mal-youth worker tiegħek dwar l-imsemmija art.

Biex tkun tista’ timxi ‘l quddiem huwa importanti ħafna li tiddetermina lil min tappartjeni l-art. Dan tista’ tagħmlu bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Artijiet. Nies oħra li forsi tixtieq tistaqsi huma: il-Kunsill Lokali tiegħek, il-Kappillan tiegħek, skola fil-qrib, il-Grupp taż-Żgħażagħ tiegħek. Emmen fil-proġett tiegħek u kun persistenti!