Agrikoltura soċjali
Attività fil-beraħ 2
Oħloq il-ġnien komunitarju tiegħek: Disinn u Implimentazzjoni
Wara li tkun identifikajt post fil-lokalita tiegħek li jista’ jinbidel fi ġnien komunitarju ħu ftit ħin fi gruppi sabiex taħseb fil-pass li jmiss u l-prinċipji li għandek issegwi waqt il-ġardinaġġ.
Etajiet
13+
Numru ta’ parteċipanti
10-20
Post
Ġewwa
Ħin
1-2 sigħat
Riżorsi
Notebook, karti, u lapsijiet ikkuluriti
Istruzzjonijiet
Jista’ jsir b’mod individwali jew fi grupp
- Irriċerka l-elementi bażiċi tal-Permakultura
- Aħseb fl-iktar affarijiet important li għandek bżonn biex tibda l-ġardinaġġ (ilma, ħamrija, kenn)
- Irriċerka l-flora u fawna lokali li tista’ id fil-ġnien biex tistieden lin-naħal
- Irriċerka metodi mingħajr tagħżiq sabiex tħares il-bijodiversita
- Fittex dwar kif tibda l-kompost
- Wara r-riċerka (fi gruppi / b’mod indidwali) pinġi u agħti kulur lill-ġnien li qed tippjana fl-art mhux użata li identifikajt fil-lokalità tiegħek
Spjega
Kif tibda ġnien tal-permakultura fi 8 passi
- sir af l-ambjent ta’ madwarek …
- Agħżel pjanti skont l-ambjent tiegħek …
- Iddisinja t-tqassim tal-ġnien tiegħek…
- Ibni s-sodod tal-ġnien (garden beds) tiegħek …
- Iżra fil-ġnien tal-permakultura tiegħek. …
- Żid saff ta’ mulch organiku mal-ħamrija ta’ fuq. …
- Żid il-kompost mingħajr ma tfixkel il-ħamrija.
- Aqra iktar: https://www.masterclass.com/articles/how-to-start-a-permaculture-garden